mt.ofm.fontifrangiskani

Android app by Walter Vassallo ofm. Books & Reference · Walter Vassallo ofm

Store rating
Unknown
Store rating count
Unknown
Download price
Free to download
In-app purchases
Not listed in captured metadata
Version
1.7
Listing last refreshed
2026-09-11

View the original store listing

Store description excerpt

Din l-app tiġbor il-kitbiet u l-biografiji l-iktar antiki dwar il-ħajjiet ta’ San Franġisk t’Assisi, Santa Klara t’Assisi u Sant’Antnin ta’ Padova. Il-Fonti għall-Ħajja ta’ San Franġisk ta’ Assisi (Fontes) huma l-ġabra ta’ kitbiet ta’ San Franġisk flimkien ma’ dokumenti dwar San Franġisk u l-bidu tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri li nkitbu bejn l-1226 u l-1399. Huma xhieda awtentiċi tal-istorja tal-Knisja u tal-Ewropa medjevali, li fihom twieldet il-familja kbira Franġiskana. Il-Fonti għall-Ħajja ta’ Santa Klara ta’ Assisi huma dokumenti ta’ storja dwar Santa Klara u l-bidu tal-Ordni tas-Sorijiet Foqra ta’ San Damjan, li nkitbu bejn l-1212-1263. Huma xhieda tal-karatteristika partikulari femminili tal-ħajja Franġiskana. Il-Fonti għall-Ħajja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova (1195-1231) huma dokumenti medjevali miktubin minn patrijiet li kienu jafuh jew minn dixxipli tagħhom, u nkitbu bejn l-1232 u t-tmiem tas-seklu 14. Huma xhieda tal-għerf kbir tad-Duttur Evanġeliku Sant’Antnin, ippreżentat bħala predikatur u tawmaturgu. Fuq kollox, huma dokumenti ta’ valur kbir rigward il-kult li ingħata lill-qaddis mill-poplu sempliċi sa mill-ewwel mumenti. Il-Fontes miġjuba f’din l-app huma traduzzjoni fil-Malti tat-testi oriġinali bil-Latin, frott ħidma intensa fuq medda ta’ għoxrin sena minn p. Noel Muscat OFM, p. Marjanu Vella OFM, p. Ġużepp Beneditt Xuereb OFM u Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC. Din l-opra diġitali hi mżejna b’introduzzjonijiet u apparat kritiku, indiċijiet u tfittxija, bil-għan li tkun strument ta’ konsultazzjoni u approfondiment biex wieħed jagħraf aħjar lil San Franġisk u l-messaġġ tiegħu.

Review coverage

AppRill has captured 0 reviews for this app. This is a collected sample, separate from the store rating count. Latest review capture: Not captured yet.

Recent captured chart positions

No chart positions have been captured for this app yet.

Chart position, rating count and review coverage do not establish downloads, revenue or profit. Understand the differences.